Wednesday, December 25, 2024

“Nispera li nagħmilkom kburin”

Emma Muscat u l-kontinġent Malti jħallu pajjiżna lejn Turin

Aqra wkoll

“Nispera li nagħmilkom kburin u se nkun qiegħed niddedika l-kanzunetta lill-Maltin u l-Għawdxin kollha”. Dan kien il-messaġġ ta’ Emma Muscat hekk kif aktar kmieni waranofsinhar bdiet uffiċjalment l-esperjenza tagħha għall-Eurovision Song Contest fl-Italja.

Il-kantanata flimkien mal-kontinġent li se jakkumpanjaha f’din l-avventura bdew dan il-vjaġġ lejn Turin; il-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-festival ta’ din is-sena.

Emma se tkanta ‘I Am What I Am’ fit-tieni semifinali tal-Ħamis 12 ta’ Mejju li ġej.

YouTube video
Ekonomija

Sport