Friday, April 26, 2024

“Nista’ nirriżenja … imma mhux għalissa”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku sostna li dalwaqt jista’ jasal iż-żmien li jikkunsidra li jirriżenja, u jagħmel dan jekk iħoss li saħħtu ma tippermettilux li jkompli jservi kif suppost.

Huwa għadda dawn ir-rimarki fi tmiem il-vjaġġ tiegħu fil-Kanada, fejn skuża ruħu man-nies indiġeni. Tul iż-żjara tiegħu, huwa kellu jagħmel vjaġġi estensivi u qatta’ ġranet twal.

Il-Papa Franġisku ta’ 85 sena saħaq li għalissa għandu l-ħsieb li jkompli jaqdi d-doveri tiegħu filwaqt li se jkun iggwidat minn Alla dwar meta jkun il-waqt li jirriżenja, jekk jagħżel li jagħmel dan.

“Mhix katastrofi li tbiddel il-Papa. Mhix taboo,” qal il-Papa Franġisku lill-ġurnalisti minn fuq is-siġġu tar-roti fuq l-ajruplan li mit-territorju tal-Artiku tal-Kanada ħadu lejn Ruma.

“Il-bieb (għall-irtirar) huwa miftuħ – hija għażla normali. Imma sal-lum għadni ma ħabbattx fuq dak il-bieb. Ma ħassejtx il-ħtieġa li naħseb dwar din il-possibilità,” qal il-Papa Franġisku.

F’dawn l-aħħar xhur, il-Papa kien qed isofri minn uġigħ koninwu f’irkopptu li ħalla impatt fuq il-mobilità tiegħu. Huwa qatta’ ħafna miż-żjara tiegħu fil-Kanada fuq siġġu tar-roti.

Sport