Saturday, May 4, 2024

Nistaqsu lit-tabib dwar il-COVID-19

Aqra wkoll

Mit-Tabib Malcolm Paul Galea

1. Dawk il-pazjenti li jinstabu li huma pożittivi għall-COVID-19 u jinżammu d-dar x’kura jingħataw ladarba għad m’hemm ebda kura u vaċċin għal dan il-virus?

Peress li s’issa għad m’hemm ebda trattamenti speċifiċi għal dan il-virus, allura kollox jiddependi skont kemm il-każ ikun gravi. Għalhekk, huma jew jintalbu biex jistrieħu filwaqt li jiġu mmoniterjati, u/jew jiġu amministrati mediċini ġeneriċi għal kontra l-viruses li jintużaw għall-influwenza staġjonali. 

2. Tista’ din il-kura li qiegħda tingħata lil dawn il-pazjenti tintuża minn kulħadd forsi biex ikun evitat li persuna tieħu l-virus?

Dawn it-tipi ta’ mediċini jistgħu jintużaw biss biex jiġġieldu viruses tal-influwenza f’pazjenti infettati u mhux għal miżuri ta’ prekawzjoni. 

In-nies għandhom iżommu lilhom infushom f’saħħithom, mhux neqsin mill-ilma u f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba, u l-aktar importanti jsegwu l-linji gwidi dwar l-iġene u oħrajn, flimkien mal-miżuri ta’ distanza soċjali bħalma suġġerit mill-awtoritajiet. 

3. Il-persuni li jkunu pożittivi, kif jiġi determinat li jkunu fiequ? Hu meta jsirilhom it-test darbtejn li jkun jista’ jingħad li dawn għaddielhom?

Il-pazjenti morda bil-COVID-19 jiġu kkonsidrati biss li fiequ kompletament wara li numru ta’ testijiet u kontrolli jkunu rriżultaw fin-negattivi għall-preżenza tal-Coronavirus. Iva, imbagħad f’dak l-istadju huma jiġu kkonsidrati bħala li fiequ kompletament. 

4. Dan il-virus jista’ jinxtered fl-ilma, eżempju fil-baħar? Jiġifieri jekk ikun hemm tnejn min-nies jgħumu ħdejn xulxin hu possibbli li jkunu qed jipperikolaw lil xulxin?

S’issa dan għadu ma ġiex definit, peress li jiddependi fuq ħafna fatturi bħas-salinità tal-ilma baħar u anke l-klorin u kimiċi oħra li huma preżenti f’pixxini magħluqin. Fi kwalunkwe każ, l-għawm u kwalunkwe attivitajiet oħra fuq il-bajjiet imorru kontra d-direzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet. 

5. Naraw ħafna ħaddiema tal-isptar li jibqgħu lebsin il-ħwejjeġ li jużaw fl-isptar anke barra. Jista’ l-mard jinġarr permezz tal-ħwejjeġ? Forsi jkun aktar għaqli kieku jbiddlu qabel joħorġu u jidħlu għax-xogħol?

Il-ħaddiema tal-isptarijiet ingħataw direzzjonijiet ċari dwar l-aħjar prattiċi ta’ kif għandhom jikkontrollaw din il-pandemija. 

Sport