Id-Deputata Nazzjonalista Maria Deguara talbet lill-Ispeaker jinvestiga lis-Super One u dan għal mod kif ġie rappurtat dak li hi qalet fil-Parlament.
Din it-talba qajmet battibekki fil-Parlament, fejn id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qal li ma jistax jifhem x’qed titlob Maria Deguara. Hu saħaq li “Super One’” ma jeżistix. Hu saħaq li Super One ilu li spiċċa xi għaxar snin. Wara instema’ kumment tal-Ministru Carmelo Abela li nstema’ jgħid “we are one, we are one”.
Ftit ħin wara, id-Deputat Bedingfield instema’ jgħid li dan kien għadu Super One meta miegħu kien għad hemm jikkontribwixxi Ivan Bartolo li llum hu deputat mal-Partit Nazzjonalista.