Saturday, December 28, 2024

“Nixtiequ li pajjiżna jibqa’ jkun sigur għal kull mara u għal kull tarbija”

Mattia Agius

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet id-diskussjoni fil-parlament, fost iż-żgħażagħ li ddikjaraw li ma jaqblux mad-dħul tal-abort f’Malta kien hemm Mattia Agius. Huwa beda biex qal li l-viżjoni li qed iressqu hija dik li tgħaqqad lil kulħadd, viżjoni ta’ dawk li jixtiequ jissalvagwardjaw il-verità u l-ġustizzja. 

Huwa esprima x-xewqa li pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem. Qal li bħala żgħażagħ demmhom ibaqbaq quddiem kull inġustizzja. Dan għaliex f’Malta kulħadd għandu jħossu komdu, hu min hu. 

“Aħna nafu li d-dritt tal-ħajja huwa d-dritt ċavetta, l-ogħla dritt li mingħajru ma tista’ tagħmel xejn. X’jiswa li tiddefendi dawn id-drittijiet imma mbagħad ma niddefendux id-dritt tal-ħajja sa mill-bidu? Għalhekk nixtiequ li f’pajjiżna d-dritt tal-ħajja jibqa’ jiġi mħares.”

“Nirrikonoxxu li anke f’pajjiżna hawn sitwazzjonijiet ta’ tbatija. Nafu li hawn min qed isibha diffiċli li jwassal i-tqala mhux mistennija tiegħu sat-tmiem. Quddiem sitwtazzjonijiet difiiċli ma naqtgħux qalbna anzi nagħżlu li ma noqtlux il-ħajja anzi naħdmu iżjed għad-drittijiet tal-mara u t-tarbija,” sostna Agius.

“F’Malta f’dawn l-aħħar 12-il sena twieldu 50,000 tarbija mingħajr ma mietet omm waħda. Dan fatt. Jiena naf li intom ukoll tixtiequ li pajjiżna tixtiequ jkun suċess u l-ebda mara tkun mhedda. 

“Nemmnu wkoll li ebda tarbija m’għandha tkun maqtula. Għalhekk ejja niġbdu ħabel dak li naħdmu biex insalvawhom it-tnejn kemm lil mara u kemm lit-tarbija. Ejja ma nixxaħħux mal-omm u t-tarbija tagħha fil-ġuf. Dak li nixtiequ. Nixtiequ li pajjiżna jibqa’ jkun sigur għal kull mara u għal kull tarbija,” temm jgħid Agius.

Ekonomija

Sport