Tuesday, April 23, 2024

Ministru jinnota s-sens ta’ rispett waqt id-diskussjoni dwar l-abort fil-parlament

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu waqt id-diskussjoni taż-żgħażagħ fil-Parlament, Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima enfasizza l-importanza ta’ inizjattivi bħal dawn. Huwa qal li attivitajiet simili jagħtu aktar pjattaformi u opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jersqu ‘l quddiem, ma jiddejqux isemmgħu leħinhom u jieħdu sehem fis-soċjetà.

Huwa nnota kif fid-diskussjoni saret enfasi b’mod partikolari fuq l-edukazzjoni u sostna li din hi parti integrali mill-iżvilupp sħiħ taċ-ċittadini u n-nies tagħna u hi neċessarja biex permezz tagħha nrawmu lit-tfal tagħna f’adulti. 

Il-Ministru Grima tkellem ukoll dwar is-sens ta’ rispett li kien hemm fost il-kelliema fejn minkejja l-opinjonijiet differenti, kulħadd tħalla jitkellem fil-libertà u jgħid b’mod ċar dak li jemmen fih. 

“Dak huwa l-eżempju. Iż-żgħażagħ irridu narawhom dejjem aktar ċentrali fis-soċjetà u qegħdin jingħataw dejjem aktar opportunitajiet,” tenna l-Ministru Grima.

Sport