Wednesday, June 17, 2026

‘Nixtiequ nibnu tim kompetitiv, b’saqajna mal-art … għandna proġett li jixraq lir-Rabat tagħna’ – Glen J. Micallef

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet meta kont żgħir u kont immur ma’ missieri nara r-Rabat. Fortunat li lħaqt lir-Rabat fil-glorja fejn rebħu kull unur possibli fil-futbol Malti!

Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala president ta’ Rabat Ajax FC?

Ifhem ir-rwol tiegħi bdejtu żewġ staġuni ilu, Irrid nagħmel xi ħaġa għall-klabb. Illum bl-għajnuna ta’ ħafna nies għaddejjin bil-proġett tal-grawnd fejn fi ftit ġimghat oħra naslu fil-finali tiegħu.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?

Dan l-istaġun il-Klabb jagħlaq 40 sena minn meta rbaħna l-unuri kollha li joffri l-futbol Malti. Nixtiequ nibnu tim kompetitiv, b’saqajna mal-art. Għandna proġett li jixraq lir-Rabat tagħna!

X’tikkummenta fuq il-kowċ il-ġdid, Shawn Meilak?

Il-Kowċ Shawn Meilak hu kowċ b’ambizzjoni u jidher determinat

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell fil-futbol Malti narah li ħa żvolta f’ċerti oqsma. Jidher li ħafna qed jinvestu sew fl-infrastruttura, kowċis u anke fit-timijiet kompetittivi.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrgu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Kif għidtlek, aħna dis-sena għandna d-dwal, l-art tal-grawnd u infrastruttura ħolistika tal-grawnd ġodda peró jkollna logħob fi grawnds li fl-opinjoni tiegħi mhumiex ta’ livell.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-amministazzjoni tal-futbol?

Il-futur tiegħi mal-klabb narah li se jkun wieħed ta’ ħafna hidma kif ukoll b’ħidma kollettiva inkunu klabb attraenti għat-tfal tagħna.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Kull ħaġa fil-ħajja li trid tasal għas-suċċess trid is-sagrifiċċji. Mhux inqas il-futbol. Paċenzja, dixxiplina u li żżomm saqajk mal-art għandhom ikunu l-ingredjenti biex kulħadd jilħaq l-għan tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport