Friday, December 27, 2024

“Nixtiequ nserrħu ras kulħadd li se nibqgħu naħdmu fl-aħjar interess tal-istudenti tagħna”

Ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert dwar tħassib ftit bogħod mill-bidu ta’ sena skolastika ġdida

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni bejn il-Kulleġġ San Albert u l-MUT fl-aħħar jiem wasslet għal ċertu inċertezzi fost għalliema, ġenituri u anke studenti, b’numru ta’ għalliema jistaqsu dwar il-futur ta’ wliedhom fil-Kulleġġ. 

Dan is-sit irċieva diversi messaġġi u anke telefonati minn ġenituri li esprimew tħassib rigward jibagħtux jew le lil uliedhom biex ikomplu l-edukazzjoni fil-Kulleġġ wara t-tkeċċija tas-Sur Mario Mallia. B’rabta ma’ din is-sitwazzjoni ta’ inċertezza, talk.mt tkellem mar-Rettur tal-Kulleġġ Aaron Zahra OP biex jikkjarifika dwar dan.

Zahra qalilna li lil hinn minn dak kollu li qiegħed ikun irrapurtat fil-midja s-sena skolastika li tibda minn hawn u ftit ġimgħat oħra se tkun waħda bħas-snin ta’ qabel. Huwa wiegħed li bħala Kulleġġ se jibqgħu impenjati biex it-tmexxija l-ġdida tkun tista’ tkompli ttejjeb isem il-Kulleġġ. 

Mhux talli hekk, ir-Rettur xtaq jiċċara punt mill-istqarrija tal-Erbgħa fejn it-tmexxija tal-Kulleġġ ħadet deċiżjoni ferm importanti li minflok kap wieħed, minn din is-sena jkun hemm żewġ kapijiet biex tingħata aktar attenzjoni b’mod separat bejn l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja fil-Kulleġġ.

Zahra sostna li l-Provinċja Dumnikana, il-bord u hu nnifsu jixtiequ jserrħu ras kulħadd li l-edukazzjoni mhux se tkun affettwata u li bħalma ilu jsir sa mit-twaqqif tal-Kulleġġ se tkompli l-ħidma biex jingħata l-aħjar servizz lill-istudenti.

Ekonomija

Sport