Friday, May 17, 2024

“Noħorġu mill-grey listing fi żmien tliet xhur minn meta l-poplu jagħtina l-mandat”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt it-tieni diskussjoni minn taħt it-Tinda minn San Ġiljan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li meta jisma’ ż-żgħażagħ jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom, jikkonferma kemm dawn huma konxji tar-realtajiet tagħhom.

Huwa fakkar li s-servizzi finanzjarji huwa pilastru ekonomiku li bena gvern nazzjonalista u s-sabiħ dwar dan kollu huwa li gawdew minnu l-Maltin u l-Għawdxin kollha. 

Grech qal li quddiem ir-realtà tal-greylisting, sfortunatament qiegħed ibati minnu kulħadd u għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed jitkellem dwarha mhux għax ħoloqha l-labour, iżda minħabba l-effetti tagħha. Il-Kap tal-Oppożizzjon qal li għandna gvern li qata’ qalbu li joħroġ qalbu mill-greylisting.

Ninsab determinat li noħorġu mill-greylisting fi żmien tliet xhur minn meta l-poplu jagħtina l-mandat. Diġà spjegajt kif. L-ewwel ħaġa l-poplu jkun bagħat messaġġ li għażel paġna ġdida u tella’ partit fil-gvern li huwa s-soluzzjoni”, tenna Grech.

Huwa sostna li huwa diġà spjega kif se jkun qiegħed jagħmel dan u li l-poplu bl-għażla tiegħu se jkun qiegħed jibgħat l-ewwel messaġġ b’saħħtu favur il-bidla.

Sport