Monday, May 12, 2025

“Nonoraw il-memorja ta’ miljuni ta nies  li ħallsu l-prezz  għar-rebħa fit-Tieni Gwerra Dinjija … it-80 sena mit-tmiem  tat-Tieni Gwerra Dinjija”

- L-Ambaxxatur Russu għal Malta, Andrei Lopukhov

Aqra wkoll

Minn Shawn Borg

Din  is-sena hija sena speċjali għal dawk il-ftit li għadhom magħna u jiftakru it-Tieni Gwerra Dinjija u dan għall-fatt li 80 sena ilu dawn in-nies ħadu nifs kbira il-ġewwa  li l-ħruxija tal-gwerra li għaddiet minnu d-dinja kien għadda u l-monstru tan-Nażismu ġie megħlub. Però hu importanti li minn sena għal oħra dan jibqa’ mfakkar u dan għal fatt li ġenerazzjonijiet  futuri li ma esperjenzawx din   il-ħruxija tal-gwerra  għandhom jkunu konxji minn dan  jaħdmu u jirsistu sabiex il-bniedem ma jerġgħax jgħaddi minn dak li għadda minnu 80 sena ilu.

Eluf kbar ta nies ġew maqtulin u oħrajn sfaw diżabbli kemm fiżikament ukoll mentalment, wieħed irid anke jinkludi it-tfal orfni  u familji sħaħ meqrudin. 

L-Ambaxxatur Russu għal Malta, Andrei Lopukhov f’intervista li l-għan tagħha kien wieħed – dak li  s-sagrificċċi li missirijetna għamlu inkluz anke f’Malta ma jintesewx maż-żmien u nżommu l-memorja ta’ dak li ġara ħaj u ngħożżu  aktar u aktar il-paċi u l-libertà minn kull ideoloġiji estremi ġejjin minn fejn ġejjin.

Mistoqsi dwar il-fatt li din is-sena qegħdin infakkru t-80 sena mit-tmiem tat-Tieni Gwerra u kif ir-Russja tqis is-sinifikat ta’ dan l-anniversarju llum, jgħidilna li “jien konvint li għad-dinja kollha – inkluża Malta – ir-rebħa tat-Tieni Gwerra Dinjija jimmarka punt importanti fl-istorja. It-telfa tan-Nażiżmu, it-tlugħ  tal-bandiera  tar-rebħa fuq ir-Reichstag, il-ħelsien tal-Ewropa, it-twaqqif tan-Nazzjonijiet Uniti – l-umanità ngħatat ċans għal futur paċifiku, mixtrija bi prezz uman enormi. Dan it-​trijonf jibqaʼ għal dejjem simbolu taʼ ġustizzja, kuraġġ, u unità. Iżda għar-Russja, Jum ir-rebħa huwa ferm aktar minn kommemorazzjoni ta’ suċċess militari – anke fi gwerra brutali daqs dik tat-tieni Gwerra Dinjija u  anke kontra avversarju qawwi daqs il-Ġermanja ta’ Hitler, li kienet ġabet nofs l-Ewropa għarkubbtejha.

F’dan il-jum, hekk kif inħarsu lura mil-lenti tal-istorja, nonoraw il-memorja ta’ miljuni ta nies  li ħallsu l-prezz aħħari għal din ir-rebħa. Niċċelebraw l-eroj li rritornaw mill-front u li ddefendew art twelidna u għenu biex jeħilsu lin-nazzjonijiet Ewropej mid-dell tan-Nażiżmu. Aħna nbaxxu rasna lejn dawk li reġgħu bnew pajjiżna mill-fdalijiet li ħalliet il-gwerra  u għenu biex reġġgħu  lura l-l-pajjiżna mal-qawwiet kbar tad-dinja. Però  madankollu, għalija, hemm xi ħaġa saħansitra aktar importanti. Jgħaddu kemm-il sena mill-1945, ir-rebha  l-kbira tibqa’ dejjem – u forsi tissaħħaħ aktar maż-żmien – bħala simbolu tal-kobor u s-saħħa ta’ pajjiżna, xhieda tal-ispirtu li ma jinkisirx tal-poplu, u tar-rieda bla waqfien tagħna li nżommu sod kontra kull attakk fuq il-valuri u t-tradizzjonijiet tagħna kif ukoll kontra kull tentattiv biex tiġi imponuta  rieda barranija.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport