Saturday, May 18, 2024

Nouhaila  Benzina tidħol fl-istorja wara li libset il-hijab

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Marokkina Nouhaila Benzina kitbet l-istorja tal-tazza tad-dinja femminili hekk kif libset il-hijab waqt il-logħba kontra l-Korea t’Isfel. Din kienet l-ewwel darba li plejer Musulmana libset dan il-velu waqt logħba futbol.

Ftit tas-snin ilu, eżattament fis-sena 2014, kienet għaddiet liġi mill-FIFA li plejers Musulmani jkunu jistgħu jilbsu l-hijab.

Fil-verita’ Benzina ma lagħbitx fil-logħba inawgurali tal-Marokk kontra l-Ġermanja iżda dehret fil-logħba kontra l-Koreani li pajjiżha rebaħ bl-iskor ta’ 1-0.

Sport