Saturday, May 4, 2024

Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming: Gabriel Camilleri, Martina Micallef jirbħu t-tielet tellieqa fiċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Iċ-Ċirkewwa ospitat it-tielet tiġrija tal-għawm fil-miftuħ organizzata minn Birkirkara St Joseph Sports Club bħala parti mill- Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming.

L-unuri tal-ġurnata ttieħdu minn Gabriel Camilleri u Martina Micallef li kisbu l-ewwel rebħa tagħhom għall-istaġun.

Ir-rebħa ta’ Camilleri ma kinitx waħda faċli hekk kif sekonda waħda biss isseparah mill-għawwiem Giuseppe Borg li spiċċa fit-tieni post. Ftit sekondi wara Borg kien hemm Mark Sponneck li kkompleta l-podju fil-ġurnata.

Martina Micallef ħadet l-ewwel rebħa tal-istaġun, b’vantaġġ ta’ kważi żewġ minuti fuq Michela Camilleri. Wara Camilleri fuq il-podju tan-nisa kien hemm Charlotte Spencer.

Ir-raba’ tiġrija tal-Kampjonati se ssir nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu u se ssir fil-Bajja ta’ San Tumas Marsascala.

Il-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming qed isiru taħt il-patroċinju tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta. Il-Club esprima l-gratitudni tiegħu lejn Garmin Malta u l-Paradise Bay Hotel għall-appoġġ tiegħu biex jospitaw l-avveniment.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir online – https://bsj.mt/event/2023-garmin-bsj-open-water-swimming-championships-race-5/

Riżultati

Irġiel                                  Nisa

1st Gabriel Camilleri ( 29:30) Martina Micallef (30:09)
2nd Giuseppe Borg (29:31) Michela Camilleri (32:01)
3rd Mark Sponneck (29:45) Charlotte Spencer (35:57)

Sport