Saturday, May 4, 2024

Midalja tal-Bronż għal Katrina Micallef tal-RMYC fil-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ ILCA 4 U16 2023

Aqra wkoll

Katrina Micallef (Royal Malta Yacht Club) ta’ ħmistax-il sena kitbet storja għall-ibburdjar Malti u l-Club meta spiċċat fit-tielet post fil-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ U16 2023 ILCA 4, imtella’ min-Nautical Club of Volos & Argonauts fil-Greċja.

Micallef li riċentament mxiet għall-Klassi ILCA 4, wara li kisbet diversi snin ta’ esperjenza fit-tlielaq fil-Klassi Optimist, spiċċat fit-tnax-il post fil-klassifika ġenerali, fi flotta b’saħħitha ta’ 150. Micallef reċentament rebħet ukoll id-Deheb fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, li saret f’Malta.

Matul il-Kampjonat ta’ sitt ijiem, l-atleti esperjenzaw varjetà ta’ kundizzjonijiet b’veloċitajiet tar-riħ li jvarjaw minn 6 sa 14-il mil nawtiku fis-siegħa.

“Ninsabu kburin ħafna bir-riżultat ta’ Katrina. Dawn il-kampjonati ġabru flimkien mijiet ta’ atleti minn madwar id-dinja, fosthom atletli li fil futur ser jikkompetu fl-Olimpjadi.. Riżultati bħal dawn huma aħbar mill-aqwa għat-talent Malti.”, irrimarka Alexandr Denisiuc, Kowċ u Membru tal-Kumitat tar-Royal Malta Yacht Club.

Wirja eċċellenti kienet reġistrata minn Benjamin Vassallo (Malta Young Sailors Club) li wkoll spiċċa fit-12-il post ġenerali fi flotta ta’ 287 baħri.

Il-baħrin Maltin kienu assistiti mill-kowċis tal-RMYC Sailing School, Ruya Cakmakli u Alexandr Denisiuc.

Sport