Saturday, June 20, 2026

NSO: Fl-2025, l-IPA rċeviet 545 aplikazzjoni għall-ażil

Aqra wkoll

Fl-2025, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni rċeviet 545 applikazzjoni għall-ażil, li jinkludu applikazzjonijiet tal-ewwel istanza u applikazzjonijiet ripetuti, imma li jeskludu applikazzjonijiet għall-ħarsien temporanju – tnaqqis ta’ 22.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Statistika ppubblikata mill-NSO turi li fl-2025, kienu rreġistrati seba’ żbarki ta’ dgħajjes f’Malta. Dawn ġabu 246 persuna, inkluż persuni mtellgħin minn fuq il-baħar bl-ajru. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 3.4 fil-mija meta mqabbel mal-2024. 

Il-maġġoranza tal-persuni li nġiebu lejn l-art kienu ċittadini Asjatiċi (69.9 fil-mija), filwaqt li 30.1 fil-mija oħra kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani. F’Diċembru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ persuni li nġiebu lejn ix-xtut Maltin, b’61 persuna jaslu Malta. Fl-2025, 545 applikazzjoni għall-ażil tal-ewwel istanza u ripetuti kienu mressqin lillAġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA). Dawn jeskludu l-applikazzjonijiet għall-ħarsien temporanju u r-reviżjonijiet ta’ deċiżjonijiet pożittivi li kienu ttieħdu. 

Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 22.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Fost l-Istati Membri tal-UE, Malta kienet fit-13-il post flapplikazzjonijiet għall-ażil għal kull miljun resident. IlGreċja kellha l-ogħla għadd ta’ applikazzjonijiet ras għal ras, filwaqt li l-Ungerija kellha l-anqas għadd. Fl-2025, 41.3 fil-mija talapplikanti għall-ażil kienu mill-Asja. 

Is-Sirjani kienu laktar komuni u kienu jgħoddu 22.9 fil-mija tal-applikanti kollha għall-ażil. Persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-34 sena kienu jirrappreżentaw l-akbar grupp (54.5 fil-mija) Fl-2025, l-IPA ħadet 198 deċiżjoni li taw ħarsien fl-ewwel istanza – dan jeskludi ddeċiżjonijiet li jagħtu ħarsien temporanju. 28.3 fil-mija talpersuni li ngħataw il-ħarsien mal-ewwel istanza kienu Sirjani. 

Sadanittant, 303 applikazzjonijiet kienu miċħudin fl-ewwel istanza. Meta mqabbla mal-Istati Membri l-oħra tal-UE, Malta kklassifikat fit-13-il post l-aktar baxx fir-rati ta’ approvazzjoni (40.0 fil-mija). L-Estonja kellha l-ogħla sehem ta’ deċiżjonijiet pożittivi tal-ewwel istanza bi 93.2 fil-mija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport