Numru ta’ infermiera jinsabu fi kwarantina wara li fl-aħħar sigħat kien hemm waħda minn dawk fid-dipartiment tal-Emerġenza li rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
Inewsmalta tinsab infurmata li bħala miżura ta’ prekawzjoni biex jitnaqqas ir-riskju tat-tifrix tal-pandemija, il-ħaddiema kollha fl-imsemmi dipartiment se jkunu qed jiġu ttestjati biex f’każ ta’ aktar persuni infettati dawn ikunu jistgħu jinqabdu fi stadju bikri u jitpoġġew f’iżolament.