Lazio irċevew l-aħbar il-ħażina li l-plejer tagħhom Nuno Tavares se jkollu jieqaf għal ftit ġimgħat wara li weġġa’ mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu l-Portugall. Hu weġġa’ waqt il-konfront li huma kellhom kontra l-Polonja u li rebħu 5-1. Ironikament Tavares kien qed jagħmel id-debutt tiegħu għal pajjiżu.
Tavares għandu 24 sena u jinsab misluf ma’ Lazio mingħand Benfica. S’issa hu lagħab disa’ partiti iżda ma skorja l-ebda gowl.