Monday, December 23, 2024

NY Times tgħid li l-intelliġenza  tal-Istati Uniti wasslet għall-mewt ta’ numru ta’ ġenerali Russi

Aqra wkoll

Rapporti li dehru fuq il-ġurnal New York Times qed jgħidu li tul il-gwerra ġewwa l-Ukrajna, l-Istati Uniti allegatament ipprovdiet informazzjoni sensittiva li għenet lill-forzi Ukreni biex joqtlu numru ta’ ġenerali Russi. 

Skont dan il-ġurnal, l-Istati Uniti pprovdiet dettalji dwar il-movimenti tat-truppi Russi kif ukoll informazzjoni sensittiva oħra. Dan, flimkien mal-intelliġenza tal-Ukrajna, wassal biex din tal-aħħar tkun tista’ tagħmel attakki preċiżi bl-artillerija u attakki oħrajn li wasslu għall-mewt ta’ numru ta’ uffiċjali għoljin Russi.

Min-naħa tagħhom kemm il-Pentagon kif ukoll il-White House ma taw l-ebda kummenti meta l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters staqsiet­hom dwar dak li qiegħed jiġi rrapportat. 

L-uffiċjali Ukreni qalu li s’issa huma rnexxielhom joqtlu xejn inqas minn 12-il ġeneral Russu waqt din il-battalja. 

Ekonomija

Sport