Sunday, November 24, 2024

Oġġett mhux identifikat imwaqqa mill-Istati Uniti

Aqra wkoll

B’ordni tal-President tal-Istati Uniti, pilot militari tal-Istati Uniti waqqa oġġett mhux identifikat li kien qed jittajjar fuq l-Alaska. S’issa l-uffiċjali tal-Istati Uniti li tkellmu dwar dan mhux jgħidu li dan kien xi oġġett ieħor ta’ spjunaġġ. Li qed jingħad s’issa hu biss li l-oġġett mhux identifierat.

L-oġġett kien qiegħed jittajjar madwar tnax-il kilometru ‘l fuq fl-ispazju tal-ajru Amerikan.

F’konferenza tal-aħbarijeit mill-White House kien spjegat kif il-President Amerikan Joe Biden ordna li dan l-oġġett li kien madwar id-daqs ta’ karozza jitwaqqa’.
Il-kelliem tal-White House iddikjara li dan l-oġġett kien qed jittajjar, kien qiegħed joħloq periklu għall-avjazzjoni ċivili hekk kif kien qed jittajjar f’altezza simili għal dak ta’ ajruplani kummerċjali. L-oġġett kien jittajjar b’veloċià ta’ madwar sittin kilometru fis-siegħa.

Din l-aħbar ġiet ġimgħa wara li l-Istati Uniti wettqu operazzjoni simili fuq oġġett ferm akbar minn dan meta waqqgħu bużżieqa ta’ oriġini Ċiniża.

Sport