Wednesday, October 9, 2024

Omar Marmoush jispikka għal Eintracht Frankfurt

Aqra wkoll

Fil-Ġermanja qed jissemma’ ħafna l-attakkant internazzjonali Eġizzjan ta’ Eintracht Frankfurt Omar Marmoush. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u matul dan l-istaġun s’issa qed ikun prominenti għat-tim tiegħu meta skorja tmien gowls fl-ewwel sitt ħarġiet tagħhom.

Il-kowċ tiegħu Dino Toppmoller faħħru wkoll u qal li sar plejer li ma jistax jgħaddi mingħajru.

Marmoush ingħaqad mat-tim minn Frankfurt fl-istaġun li għadda u lagħab 35 logħba fejn skorja 20 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport