Wednesday, July 24, 2024

Onana se jingħaqad mal-Kamerun biex jilgħab fit-Tazza Afrikana

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Manchester United, Andre Onana,  ikkonferma mal-manager, Erik ten Hag, li se jingħaqad mal-Kamerun li se jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, f’Jannar li ġej. 

Onana kien irtira mid-dmirijiet internazzjonali s-sena l-oħra wara nuqqas ta’ qbil mal-president tal-FA tal-Kame­run, Samuel Eto’o wara li kellu argument jaħraq mal-coach, Rigobert Song, waqt il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022.

Minkejja li l-United għall-bidu ma riduhx imur, issa ħabbru li se jappoġġjaw lil Onana f’kull deċiżjoni li jieħu. 

Bla dubju, huwa antiċipat li se  jitlef mill-inqas erba’ logħbiet tal-Premier League, li jinkludu konfronti f’darhom kontra Tottenham Hotspur u West Ham United, flim­kien ma’ logħbiet barra minn darhom kontra Wolverhampton Wanderers u Aston Villa. Il-parteċipazzjoni potenzjali tiegħu fil-logħba tat-tielet round tal-FA Cup kontra Wigan Athletic, fit-8 ta’ Jannar, tidher improbabbli.

B’hekk Manchester United se jkollhom jutilizzaw lill-goalkeeper Tork ta’ 25 sena, Altay Bayindir, li ffirmaw fis-sajf li għadda mingħand Fenerbahce. 

Ekonomija

Sport