Sunday, December 22, 2024

“Onorat li fdawni biex inkun parti mill-Grupp Parlamentari” – Randolph Debattista

Aqra wkoll

Minħabba li fuq id-disa’ distrett elettorali, l-Eżekuttiv Nazzjonali ddeċieda li jsiru żewġ elezzjonijiet każwali, dan ifisser li l-ħames kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista ser jiġu eletti wara l-ewwel elezzjoni każwali minn tnejn, u għalhekk jingħata lok għal co-option.

Il-Prim Ministru Robert Abela ressaq quddiem l-Eżekuttiv Nazzjonali l-isem ta’ Dr Randolph Debattista sabiex ikun co-opted fil-Parlament Malti wara li jitlesta l-proċess elettorali.

L-Eżekuttiv Nazzjonali approva l-proposta tal-Prim Ministru Robert Abela.

Fil-kummenti tiegħu, Debattista qal: “Nemmen li dan il-Moviment wettaq ħafna, imma fadallu ħafna iktar xi jwettaq. Kuntent u onorat li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Eżekuttiv tal-PL fdawni biex inkun parti mill-Grupp Parlamentari li se jkompli jbiddel lil pajjiżna.”

Ekonomija

Sport