Friday, September 13, 2024

Open Day fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, 14 ta’ Lulju, il-pubbliku huwa mistieden sabiex iżur il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Floriana, waqt Open Day, biex flimkien niċċelebraw żewġ avvenimenti sinifikanti għall-Korp tal-Pulizija.

Din is-sena, il-Korp tal-Pulizija mhux biss qiegħed jiċċelebra l-210 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu, iżda ukoll is-70 sena minn meta l-Korp tal-Pulizija beda jopera minn dan il-Kwartieri Ġenerali.

Waqt l-Open Day, li tibda fid-9.00am u tibqa’ sejra sal-e4.00pm, il-pubbliku se jkun jista’ jassisti għal ġurnata mimlija attivitajiet. Se jkun hemm wirjiet mill-Police Silent Drill Team, mis-Sezzjoni tal-Klieb (K9), mis-Special Intervention Unit (SIU), mis-sezzjoni tal-Kavallerija, mill-Laboratorju tax-Xjenza Forensika u mill-Banda tal-Pulizija. Wieħed se jkun jista’ jżur ix-shelter tal-gwerra u l-mużew tal-Pulizija.

Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna uffiċjal ta’ Facebook tal-Korp tal-Pulizija – The Malta Police Force

Ekonomija

Sport