Monday, July 15, 2024

Attakk Russu jħalli 100,000 persuna mingħajr elettriku fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Attakk Russu fuq faċilità tal-enerġija fl-Ukrajna ħalla minn tal-inqas 100,000 persuna bla dawl fir-reġjun ta’ Sumy.

“Fis-sigħat li għaddew bdiet ħidma biex terġa’ lura l-provvista tal-elettriku,” qal l-operatur tal-grid nazzjonali Ukrenergo wara dan l-attakk.

Ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ persuni li weġġgħu jew ħsarat apparti l-faċilità tal-enerġija.

Ir-Russja qed tkompli tattakka l-faċilitajiet tal-enerġija madwar l-Ukrajna, u ħafna drabi dan qed iwassal sabiex il-pajjiż jesperjenza qtugħ ta’ dawl għal ħin twil bin-nies qed jispiċċaw anke mingħajr ilma tal-vit, arja kundizzjonata jew tagħmir mediku li jsalva l-ħajja.

Fl-aħħar tliet xhur biss, l-Ukrajna tilfet 9 Gigawatts ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija. Skont il-kumpanija nazzjonali tal-enerġija Ukrenergo, l-Ukrajna spiċċat biex tilfet l-impjanti tal-enerġija termali kollha tagħha minħabba l-attakki li saru.

Min-naħa l-oħra, il-Polonja qiegħda tkompli tissuplixxi l-enerġija lill-Ukrajna sabiex tgħina tlaħħaq ma’ dawn l-attakki Russi. Iżda Ukrenego ippjanat qtugħ ta’ dawl matul il-ġurnata madwar il-pajjiż kollu peress li l-ġenerazzjoni domestika u l-importazzjoni tal-elettriku ma setgħux ikopru dan kollu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport