Monday, July 8, 2024

“Il-ħaddiema ta-Bolt qed jagħmlu sew isemmgħu leħinhom”

- Il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Hekk kif numru ta’ couriers tal-kumpanija Bolt nhar is-Sibt li għadda ħarġu fuq strajk bi protesta minħabba ħlas baxx mill-kumpanija, il-Ministru Byron Camilleri fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook kiteb li “Il-ħaddiema ta-Bolt qed jagħmlu sew isemmgħu leħinhom”.

Il-Ministru Camilleri kiteb li “d’pajjiżna għandna nkunu kburin b’kumpaniji li jieħdu ħsieb il-ħaddiema tagħhom u mhux inaqqsulhom mid-drittijiet. Il-kumdità sabiħa, iżda mhux a skapitu tal-ħaddiem. Filwaqt li nħeġġiġhom jingħaqdu f’unjin sabiex jissaħħu aktar, il-bieb tal-Ministeru responsabbli mix-xogħol u l-entitajiet tiegħu miftuħ sabiex jekk hemm bżonn l-għajnuna, nagħtuhilhom.”

Rapport fuq il-midja qalu li l-kumpanija ma kienet irċiviet l-ebda komunikazzjoni mill-grupp ta’ ħaddiema li ħarġu fuq strajk. Huma kienu qegħdin jgħidu li kienu mħassba li l-ħlas għat-twassil tal-ikel kif offrut mill-Bolt ma jilħaqx l-istansdards Ewropej u dan kien qed jaffettwa l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport