Monday, July 15, 2024

Ordnat iħallas €21,250 f’manteniment wara li abbanduna lil ibnu

Aqra wkoll

Omm ta’ 26 sena fetħet kawża quddiem il-Qorti biex tobbliga lill-missier binha jagħti manteniment u anke dawn jiġu mħallas b’lura. Dan wara li kif xehdet l-omm fil-qorti, il-missier abbanduna lit-tifel wara ftit li twieleb u ma ried li jkollu l-ebda kuntatt miegħu.

Quddiem l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima, l-omm qalet li kienet saret taf lill-għarus tagħha meta kellha 19-il sena u għalkemm qatt ma għexu f’dar weħidhom kien għamel xi żmien jgħix mid-dar tal-ġenituri tagħha.

Spjegat li binhom għandu l-kundizzjoni tal-ADHA u anke l-Awtiżmu u għalhekk spiss ikollha tieħdu għal appuntamenti mediċi u anke jieħu xi mediċina li jkollha tixtri. Xehdet ukoll li binhom għandu bżonn intervent f’għajnejh.

Meta ġie mistoqsija kif jirnexxilha tgħix hi qalet li tirċievi 343 ewro f’assistenza soċjali, tieħu children’s allowance kif ukoll benefiċċju ta’ diżabbilità li jammonta għal 700 ewro kull 3 xhur.

L-omm qalet li minn meta kienet waqfet ir-relazzjoni ma’ missier it-tifel, l-istess missier qatt ma għamel kuntatt ma’ ibnu.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li ma kellix dubju mix-xhieda tal-omm hekk kif il-missier baqa’ ma jidhirx għal dawn il-proċeduri. Ġie nnutat ukoll li l-missier qatt ma kkontribwixxa b’mod finanzjarju għall-bżonnijiet ta’ ibnu u lanqas qatt ma mar jarah.

Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li l-kura u l-kustodja tal-minuri tiġi fdata esklussivament f’idejn l-omm u neħħiet l-obbligi kollha tal-missier anke fejn jidħol kunsent ta’ firem għal ibnu.

L-Imħallef ordnat li mill-għoti tas-sentenza l-missier jibda jaħħlas 300 ewro kull xahar f’manteniment filwaqt li jħallas 21,250 ewro rappreżentati ta’ 85 xahar minn mindu twieled it-tifel.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport