Jgħidu li qatt mhu tard wisq biex tibda xi ħaġa ġdida fil-ħajja. Xhieda ċara ta’ dan huwa Patri Manuel Aquilina, Tereżjan ta’ 78 sena li ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il-Ġimgħa li għadda fil-Knisja ta’ Santa Tereża f’Birkirkara.
Patri Manuel esperjenza bosta affarijiet fil-ħajja tant li kien miżżewweġ u ilu erba’ snin armel. Dan filwaqt li huwa missier ta’ żewġt ulied. Wara li mietet martu Kathy, erba’ snin ilu, huwa ħass il-vokazzjoni għas-saċerdozju u llum huwa Patri Tereżjan.
M’hemmx dubju li Patri Manuel huwa ta’ kuraġġ u ispirazzjoni għal diversi persuni li tabilħaqq qatt mhu tard biex wieħed iwieġeb għas-sejħa ta’ Alla, tkun xi tkun.