Friday, April 26, 2024

Il-Kenjan Kipruto u l-Etjopjana  Yehualaw jirbħu l-maratona ta’ Londra

Aqra wkoll

Il-Kenjan Amos Kipruto u l-Etjopjana Yalemzerf Yehualaw rebħu l-maratona ta’ Londra tal-Irġiel u tan-Nisa rispettivament. 

Sitt xhur biss wara d-debutt tagħha fuq din id-distanza, Yehualaw ta’ 23 sena spiċċat f’sagħtejn, 17-il minuta u 26 sekonda – it-tielet l-iktar ħin veloċi tan-nisa fl-istorja tal-Maratona ta’ Londra.

Min-naħa tiegħu, Kipruto rebaħ it-tellieqa tal-irġiel f’sagħtejn, erba’ minuti u 39 sekonda wara li ddistakka lilu nnifsu mill-kumplament tal-atleti  meta kien fadal madwar ħames kilometri għat-tmiem.

L-Etjopjan Leul Gebresilase temm fit-tieni post, qasam il-linja 33 sekonda wara, u kien segwit minn Bashir Abdi tal-Belġju 

Fit-tellieqa tan-nisa, meta kien għad fadal erba’ kilometri, Yehualaw – l-iżgħar champion li qatt kien hemm fil-Maratona ta’ Londra – ħarbet waħedha minn grupp ta’ erba’ atleti biċ-champion tal-2021, il-Kenjana, Joyciline Jepkosgei, ma setgħetx tlaħħaq mal-pass tagħha. 

L-Etijopjana, Alemu Megertu, temmet fit-tielet post.

Sport