Sunday, April 20, 2025

Oscar Piastri jirbaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren) rebaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdija biex irreġistra t-tielet waħda tal-istaġun. 

Huwa bbenefika minn penalitá mogħtija lill-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) bil-konsegwenza li ħa l-kontroll tat-tiġrija. 

Il-penalitá kienet ta’ ħames minuti minħabba li żamm b’mod irregolari l-vantaġġ ta’ Piastri billi ħareġ barra mit-trakka fl-ewwel kantuniera. Peró huwa kellu ħin biżżejjed biex seta’ jispiċċa fit-tieni post.  

Wara li kien involut f’aċċident fil-provi uffiċjali u għaldaqstant beda mill-10 pożiz­zjoni, il-Brittaniku Lanndo Norris (McLa­ren) temm fir-raba’ pożizzjoni wara s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari).   

Norris, fuq strateġija ta’ tyres offset, kien qed jersaq lejn Leclerc hekk kif it-tiġrija waslet fl-aħħar stadji iżda t-tyres medji tiegħu tilfu l-pass tagħhom mas-sewwieq tal-Ferrari.

Fil-ħames u s-sitt postijiet temmew iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes, il-Brittaniku George Russell u t-Taljan Andrea Kimi Antonelli, b’Lewis Hamilton (Ferrari) jidħol fis-seba’ post.

Klassifika: 99 – Oscar Piastri; 89 – Lando Norris; 87 – Max Verstappen; 73 – George Russell; 47 – Charles Leclerc; 38 – Andrea Kimi Antonelli; 31 – Lewis Hamilton.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport