Sunday, December 22, 2024

Oscar Pistorius se jiltaqa’ mal-ġenituri tas-sieħba li qatel

Aqra wkoll

L-eks Paralimpiku Oscar Pistorius se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-ġenituri tas-sieħba tiegħu Reeva Steenkamp li huwa kien instab ħati li qatel fl-2013. Din il-laqgħa se tkun qiegħda ssir bħala parti mill-proċess li jista’ jwassal biex eventwalment l-atleta ta’ 35 sena joħroġ mill-ħabs fuq
parole. 

Pistorius jinsab biċ-ċans li joħroġ fuq parole hekk kif issa serva nofs is-sentenza ta’ 13-il sena u ħames xhur ħabs. Iżda qabel jingħata dan huwa jeħtieġ li jipparteċipa f’dik li hija magħrufa bħala “ġudizzju riparattiv”. 

F’dan il-proċess, il-akkużati jkunu mistennija li jitkellmu mal-vittmi jew l-qraba tal-vittmi, u jkun mitlub minnhom li jammettu l-ħsara li kkawżaw.

Pistorius kien instab ħati li qatel li Steenkamp b’tiri t’arma tan-nar. Huwa kien argumenta li ħaseb li ħallelin kienu daħlu fir-residenza tagħhom ġewwa Pretoria. 

Huwa kien spara erba’ tiri minn arma tan-nar lejn il-bieb tal-kamra tal-banju li kien magħluq. Dak il-ħin fil-kamra tal-banju kien hemm Steenkamp.

Ekonomija

Sport