Monday, September 23, 2024

Otters wisq b’saħħithom għal Barracudas

Aqra wkoll

Barracudas………..….12

Otters…………………..22

(1-5, 0-3, 6-6, 5-8)

Otters irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Barracudas meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 22-12.

Otters għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Matthew Farrugia, Jovan Saric (2), Matthias Bonnici u Andrea Bianchi. Radovan Latinovic minn penalty skorja l-uniku goal għal Barracudas.

Fit-tieni sessjoni, Otters, skorjaw tliet goals mingħajr risposta, bl-awturi tal-goals  ikunu Karl Scicluna, Jovan Saric u Matthias Bonnici.

It-tielet sesjosni pproduċiet xejn inqas minn 12-il goal, hekk kif din intemmet fi draw ta’ 6-6. Il-goals għal Otters waslu minn Jovan Saric (2) bit-tieni goal jasal minn penalty, Marko Jelaca minn man-up wara li tkeċċa Aleandro Mifsud, Matthias Bonnici (2), u Luigi Dimech.

Dan sabiex Ivan Gusarov (4) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, u t-t-tielet minn man-up wara li tkeċċa David Dimech, Aleandro Mifsud u Simon Apap minn man-up wara li tkeċċa David Dimech wieġbu għal Barracudas.

Otters għamlu reazzjoni u rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 8-5. Għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Marko Jelaca, Jovan Saric (3), bit-tielet goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Ryan Sciortino, Mark Meli (2), bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Charles Bugeja u t-tieni wkoll minn man-up wara li tkeċċa Ivan Gusarov, Matthias Bonnici u Kenneth Micallef minn man-up wara li tkeċċa Ryan Sciortino.

Charles Bugeja minn man-up wara li tkeċċa Kenneth Micallef, Aleandro Mifsud ukoll minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Kenneth Micallef, Simon Apap, Paul Micallef minn man-up wara li tkeċċa Matthew Farrugia u Ryan Sciortino wieġbu għal Barracudas.     

Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Paul Caruana Turner, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef (1), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (1), 7-Ivan Gusarov (4), 8-Radovan Latinovic (1), 9-Charles Bugeja (1), 10-Simon Apap (2), 11-Aleandro Mifsud (2), 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott

Otters:1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici (5), 3-Karl Scicluna (1), 4-David Dimech, 5-Mark Meli (2), 6-Marko Jelaca (2), 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Jovan Saric (8), 11-Matthew Farrugia (1), 12-Andrew Dimech, 13-Gianfranco Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef (1), 15-Andrea Bianchi (1) Coach: Robert Munkascksy

Referees: Stefan Licari, Stefano Scappini

Sport