Saturday, September 26, 2026
Home Sport Tennis: Jannik Sinner mhux se jieħu sehem fiċ-China Open minħabba li għadu...

Tennis: Jannik Sinner mhux se jieħu sehem fiċ-China Open minħabba li għadu qed jirkupra minn injury

0
50

It-tennista numru wieħed fid-dinja, Jannik Sinner, mhux se jiddefendi t-titlu tiegħu taċ-China Open hekk kif ikompli jirkupra minn injury fl-irkoppa.

L-istess injury wasslet biex ħallietu barra milli  jipparteċipa fl-US Open f’Awwissu, u t-Taljan ilu ma jilgħab partita kompetittiva minn meta rebaħ kontra Alexander Zverev fil-finali ta’ Wimbledon.

Sinner, li għandu 25 sena, rebaħ iċ-China Open fl-2023 u fl-2025. It-tournament jibda nhar l-Erbgħa u jintemm fis-6 ta’ Ottubru.

“Irrid nibgħat l-isbaħ tislijiet tiegħi lill-partitarji Ċiniżi,” qal Sinner f’filmat li ttella’ fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali X.

“Jiddispjaċini ħafna li nħabbar li din is-sena mhux se nkun nista’ nilgħab f’Beijing. L-irkoppa tiegħi għadha mhix kif nixtieqha u għadni mhux lest biex nikkompeti.

“Se nagħmel dak kollu possibbli biex inkun fuq il-court mill-aktar fis possibbli. Dak li l-aktar qed nimmissja ovvjament, huwa t-tournament, il-partitarji u l-atmosfera. Kelli żminijiet mill-aqwa hemmhekk fil-passat, u s-sena l-oħra wkoll irnexxieli nirbaħ it-titlu.

“Inħossni mnikket ħafna li din is-sena ma nistax niddefendih.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here