Friday, November 15, 2024

Ottubru li għadda kien it-tielet l-aktar Ottubru mxarrab mill-1992

Aqra wkoll

Frar ipproduċa 4.0 mm xita, u b’hekk tniżżel fir-rekords tal-Uffiċċju Meteoroloġiku bħala wieħed mill-aktar xotti

Is-sena tax-xita 2021-2022 kellha 69 jum imxarrab, li flimkien ipproduċew 578.8 mm xita. Wara sentejn li kienu kunsiderevolment aktar xotti min-norma, it-total ta’ xita li tkejjel bejn Settembru 2021 u Awwissu 2022 qabeż in-norma klimatika tal-1991-2020 b’34.8 mm.

Kważi 43% tax-xita mkejla matul is-sena niżlet f’Ottubru. Matul dan ix-xahar tkejlu 246.2 mm xita, biex b’hekk Ottubru kien l-aktar xahar imxarrab tas-sena u anki tniżżel fir-rekords tal-Uffiċċju Meteoroloġiku bħala t-tielet l-aktar Ottubru mxarrab sa mill-1922 ’l hawn. F’Novembru, min-naħa l-oħra, kellna l-aktar jum imxarrab tas-sena ta’ xita, fejn niżlu 70.4 mm xita hekk kif żona ta’ pressjoni baxxa estendiet mill-Alġerija lejn iċ-ċentru tal-Mediterran qabel imxiet lejn il-Lvant.

L-ewwel tliet xhur tas-sena tax-xita, li flimkien jagħmlu l-ħarifa meteoroloġika, ipproduċew 413.2 mm xita u qabżu n-norma klimatika għall-istaġun. Il-ħarifa meteoroloġika, fil-fatt, kienet l-aktar ħarifa mxarrba mill-1999, meta kienu tkejlu 473.1 mm xita. Filwaqt li s-sena tax-xita bdiet fuq nota milwiema, l-istaġuni l-oħrajn kollha pproduċew anqas xita min-normi staġjonali rispettivi tagħhom.

It-tliet xhur tax-xitwa meteoroloġika (Diċembru-Frar) kienu aktar xotti mill-medja u flimkien ipproduċew 115.8 mm xita, jew ftit anqas minn nofs in-norma staġjonali. Ix-xitwa meteoroloġika li għaddiet kienet is-seba’ xitwa konsekuttiva li pproduċiet anqas xita min-norma staġjonali. Filwaqt li t-tliet xhur tax-xitwa kollha kienu aktar xotti mill-medja, b’4.0 mm xita mkejlin matulu, Frar tniżżel bħala wieħed mill-aktar xotti fir-rekords tal-Uffiċċju Meteoroloġiku.

Fit-tieni nofs tas-sena, l-Uffiċċju Meteoroloġiku kejjel biss 49.8 mm xita, bi kważi nofs dan l-ammont jitkejjel f’Marzu (23.8 mm). L-aktar tliet xhur xotti tas-sena tax-xita kienu Ġunju (0.0 mm), Lulju (0.2 mm) u April (2.0 mm).  

Ekonomija

Sport