Wednesday, April 24, 2024

“Il-maġġoranza ma jridux l-abort u jeħtieġ li nirrispettaw dak li jixtieq il-poplu”

Aqra wkoll

Waqt l-intervent tiegħu fil-parlament taż-żgħażagħ, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri qal li bħala tabib, għadu sal-lum jara nisa, li mhux għax xtaqu jew riedu, għamlu l-abort u għadhom ibatu ċertu konsegwenzi relatati mas-saħħa mentali tagħhom.

“L-introduzzjoni tal-abort tnaqqas il-valur tal-ħajja, tagħtiha daqqa ‘l isfel. Il-ħajja tal-bniedem tiġi minimizzata. Il-perċezzjoni li tista’ tilgħab bil-ħajja tal-bniedem issir fil-fatt realtà. Ejja naħdmu favur il-ħajja u mhux kontra. 

“Dan il-Parlament dejjem ħadem favur dan il-għan. Ejja nsibu soluzzjonijiet oltre. Ejja ninvestu fis-saħħa sesswali b’mod ħolistiku. Ejja ninfurmaw liż-żgħażagħ tagħna x’mezzi hemm fuq pjanar tal-familja, fuq kontraċettivi u s-saħħa sesswali,” qal Spiteri.

Huwa temm jgħid li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi ma jridux li jkun hawn l-introduzzjoni tal-abort u rridu nkomplu nirrispettaw dak li l-poplu jixtieq.

Sport