Wednesday, April 24, 2024

Pablo Andover u Duke Of Mearas jispikkaw fis-semifinali Premier

Aqra wkoll

Miktub minn Kenneth Vella

Meta l-Erbgha filghaxija fil-korsa tal-Marsa saret il-41 laqgħa tal-istagun kienu magħrufa l-finalisti tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan wara li saru ż-żewġ semifinali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom tnax-il żiemel għaddew għall-finali. Dawn iż-żewg tiġrijiet intrebħu minn Pablo Andover u Duke Of Mearas. B’kollox saru ħdax-il tiġrija tat-trott waqt il-laqgħa tal-Erbgħa.

Tnax-il żiemel ġrew fl-ewwel semifinali Premier. Sir Q.C. (Rodney Gatt) minnufih fetaħ vantaġġ żgħir wara l-bidu uffiċjali minn Castle Rose (Marco Debono) u Glen Ord Superb (Kurt Saliba). Iż-żiemel ta’ Gatt beda jnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Eventwalment dan inqabeż minn Pablo Andover li f’idejn is-sewwieq żgħażugħ Għawdxi Daniel Hili, ħa t-tieni rebħa f’Malta quddiem il-favorit Romanesque. Sir Q.C. kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Vakato (Chris Grech), Glen Ord Superb u I Won’t Dance (Michael Ellul). 

It-tieni semifinali kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn Baron De Majuag (Gianluca Grech) li mar quddiem dawra mit-tmiem u Duke Of Mearas (Ludvic Ghigo) li kellu sprint tajjeb fl-aħħar metri. Kien l-Iżvediż ta’ Ghigo li ha l-ewwel rebħa f’Malta bi ftit, b’Gross Weight (Noel Baldacchino), Viking’s Topline (Eugenio Bondin), Kasper Trot (Rodney Gatt) u Liam Dana (Charles Camilleri) jkunu l-aħħar żwiemel li jagħmluha għall-finali. 

Ir-riżultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Rasputin LG (R. Cassar) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Bueno Honey (N. Barbara) 4. Digital Life (R. Gatt) 

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Douglas (R. Gatt) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Eole De Mahey (N. Baldacchino) 3. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 4. Zenit Karsk (M. Cauchi)

III Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Hin – 2.44.2” (1.16.8”) 2. Generation d’Amour (J. Gafa’) 3. Giminy Cricket (Ch. Gauci) 4. Grace d’Auberville (M. Attard)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Oro Doc (M. Ellul) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Comme Dab (N. Baldacchino) 3. Ethmia Venesi (C. Camilleri) 4. Django Lover (K. Agius)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Sabacan Savage (W. Galea) 3. Gabin De See (N. Baldacchino) 4. Lillen Sisu (J. Briffa) 

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Edson Boko (J. Gafa’) Hin – 2.46.6” (1.17.8”) 2. Nose Gear (A. Farrugia) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Dewey Luvs Britt (C. Bonello)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Star’s Fighter (L. Ghigo) Hin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Ramon Dekkers (W. Galea) 3. Declic Du Soleil (W. Borg) 4. Diana Jiel (N. Baldacchino)

VIII Tigrija. Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Pablo Andover (D. Hili) Hin – 2.39” (1.14.3”) 2. Romanesque (J. Gafa’) 3. Sir Q.C. (R. Gatt) 4. Vakato (Ch. Grech) 5. Glen Ord Superb (K. Saliba) 6. I Won’t Dance (M. Ellul)  

IX Tigrija.  Semifinali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Duke Of Mearas (L. Ghigo) Hin – 2.39.1” (1.14.3”) 2. Baron De Majuag (G. Grech)m 3, Gross Weight (N. Baldacchino) 4. Viking’s Topline (E. Bondin) 5. Kasper Trot (R. Gatt) 6. Liam Dana (C. Camilleri)

X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Blue Night (R. Schembri) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Secret Avenue (M. Fenech) 3. Coetquidan (C. Vassallo) 4. Jas Ribb (Sh. Formosa)

XI -il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.  Bergh d’Ylea (Ph. Calleja) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Viking Du Sarthon (N. Baldacchino) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Bellina De L’Odon (R. Gatt)

Sport