Saturday, December 21, 2024

Paga minima għall-ewwel 12-il xahar għal dawk li jispiċċaw qegħda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt konferenza tal-aħbarijiet beda biex jgħid li bħala partit se jkun qiegħed jippreżenta politika li tindirizza l-faqar minn għeruqu. 

Grech qal li gvern Nazzjonalista se jdaħħal mekkaniżmu ġdid ta’ kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna kompost minn firxa ta’ indikaturi li jkejlu l-benesseri tas-soċjetà u l-komunitajiet tagħha.

Kompla biex jgħid li l-mudell ta’ tassazzjoni f’pajjiżna jeħtieġ ikompli jiġi modernizzat biex il-gvern ikun jista’ jiġġenera aktar dħul billi jiffoka fuq investimenti kapitali. Gvern Nazzjonalista biex jinċentiva dan l-investiment se jkun qiegħed inaqqas ir-rata tat-taxxa fuq il-qliegħ tan-negozji li jkunu konformi mal-ESG u dan se jitnaqqas għal 15 fil-mija fuq l-ewwel €500,000 profitt.

Paga minima għall-ewwel 12-il xahar għal dawk li jispiċċaw qegħda

Proposta oħra b’saħħita hija li għall-ewwel 12-il xahar ta’ wara li persuna tiġi qegħda se tkun qiegħda tirċievi benefiċċju ekwivalenti għal paga minima biex jingħataw dinjità. Grech qal li din l-għotja se tkompli tgħin biex dawk li jispiċċaw bla xogħol itejbu l-ħiliet tagħhom biex isibu xogħlijiet aħjar.

Grech kompla biex jgħid li gvern Nazzjonalista se jżid l-appoġġ għall-ħaddiema u s-self-employed li jkollhom jieqfu mix-xogħol għal perjodu twil minħabba mard serju.

Ekonomija

Sport