Sunday, December 22, 2024

Pajjiżna bl-akbar livell ta’ fiduċja fost il-konsumaturi u negozji fl-Unjoni Ewropea kollha

Aqra wkoll

Wara li f’April li għadda, fi stħarriġ li sir kull tant żmien mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji kien ħareġ li s-sentiment ekonomiku f’Malta kien laħaq il-livell ta’ 112, li kien ifisser li kien 12 fil-mija ogħla mill-medja storika. Dak ir-riżultat dakinhar kien l-aħjar riżultat għal pajjiżna minn Marzu tas-sena 2018 ‘lhawn. Is-sentiment ekonomiku tal-poplu, li jfisser kemm in-nies u n-negozji jħossuhom ottimisti jew pessimisti dwar il-prospetti tal-ekonomija ta’ pajjiżhom kompla jitjieb. Filfatt fi stħarriġ għax-xahar ta’ Settembru mill-istess Kummisjsoni Ewropea ħareġ li Malta kellha l-aqwa libelle ta’ fiduċja ekonomika minn fost il-pajjiżi kollia tal-Unjoni Ewropea.

Wieħed irid janalizza x’qed iwassal għal dan, anke minħabba l-inċertezza kbira li teżisti fl-Ewropa u madwar id-dinja bħalissa. Din l-inċertezza qiegħda tinħass sew f’għadd kbir ta’ konsumaturi u negozji madwar l-Ewropa. F’Malta jidher li l-għajnuniet li qegħdin jingħataw in-negozji, flimkien ma’ prezzijiet stabbli għall-enerġija, huma indikati bħala fatturi ewlenin għal din iż-żieda fil-fiduċja.

Mill-istħarriġ li sar mill-Kummissjoni Ewropea ħareġ li l-indiċi tas-sentiment ekonomiku f’pajjiżna kien stmat li jilħaq il-valur ta’ 120, jew 20 fil-mija aħjar mill-medja storika tas-sentiment osservat. 

Dan fl-istess ħin li, madwar l-Ewropa, il-fiduċja hi 7 fil-mija inqas mill-medja storika. Prattikament dan ir-riżultat juri li waqt li f’pajjiżna għandna stabbiliment u kummerċjanti flimkien mal-familji li jħossuhom aktar fiduċjużi watt li f’pajjiżi oħrajn qed tirrenja l-inċertezza, u dan minħabba diversi fatturi inkluż il-kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Is-sentiment ekonomiku f’pajjiżna kien l-aqwa li qatt ġie osservat mindu l-Kummissjoni Ewropea bdiet tagħmel dan l-istħarriġ f’pajjiżna. Irreaġixxa dwar dan l-istħarriġ il-Prim Ministru Robert Abela fejn iddikjara li fix-sahar ta’ Settembru pajjiżna rreġistra l-aqwa sentiment ekonomiku mill-konsumaturi u n-negozji.  

Il-Prim Ministru sostna li l-għażla progressiva tal-Gvern li jgħin lill-familji u n-negozji mill-isfidi qed twassal għal dawn ir-riżultati. 

Irid jingħad li għandek kważi maġġoranza ta’ nofs il-familji intervistati madwar l-Unjoni Ewropea li ddikjaraw li l-qagħda ekonomika marret għall-agħar fl-aħħar sena u maġġoranza ta’ kważi terz xorta jemmnu li, matul is-sena d-dieħla, l-ekonomija ta’ pajjiżhom se tmur anke agħar.  

Waqt li f’pajjiżna qegħdin nesperjenza livell rekord ta’ qgħad baxx, fejn il-qgħad baqa’ dejjem nieżel, f’diversi pajjiżi fl-Ewropea hemm sitwazzjoni li hi totalment bil-kontra ta’ pajjiżna u dan għax il-qgħad qed jerfa’ rasu. Ma’ dan f’għadd ta’ pajjiżi Ewropea qegħdin iħossu dejjem aktar il-piż tal-inflazzjoni qawwija.

Bil-konsum f’Malta jibqa’ wieħed b’saħħtu, fejn dan baya’ wieħed mill-mutuni għat-tkabbir ekonomija, naraw li maġġoranza ta’ aktar minn 40 fil-mija tal-familji fl-Ewropa kellhom inaqqsu l-konsum tagħhom fl-aħħar xhur. Dawn mhux qegħdin jippreferu titjib, anzi qegħdin jistennew li s-sitwazzjoni se tmur għall-agħar.

Jekk imbagħad nieħdu is-sitwazzjoni fil-gżejjer Maltin naraw li r-riżultat hu sentiment aħjar mill-medja storika fost il-familji. L-istħarriġ tal-Kummissjoni jindika li ma tantx hawn biża’ fuq l-istat tal-impjiegi, mentri l-konsumaturi qed ibassru li fix-xhur li ġejjin se jkunu f’qagħda li jonfqu aktar milli qed jonfqu bħalissa.  

Dan hu rifless fis-sentiment fost il-ħwienet f’pajjiżna.  Anki dan hu wkoll ferm aħjar mill-medja storika u jikkontrasta bil-kbir mal-pessimiżmu fost il-ħwienet madwar l-Ewropa. Maġġoranza tal-ħwienet Maltin irrapportaw li żiedu l-bejgħ fl-aħħar tliet xhur u jistennew li se jiġri l-istess fix-xhur li ġejjin.  

L-operaturi fis-settur tal-bini wkoll kellhom sentiment aħjar minn dik ta’ xhur preċedenti. Dan anke fid-dawl li rrapportaw li għandhom ordnijiet li biex jiggarantixxu aktar minn erba’ xhur sħaħ ta’ produzzjoni. 

Ekonomija

Sport