Monday, September 30, 2024

New York fi stat ta’ emerġenza minħabba għargħar

Aqra wkoll

Fl-Istat ta’ New York fl-Istati Uniti ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza wara li maltempata qawwija kkważat għargħar kbir.

Is-sistema tas-subways, toroq, highways spiċċaw kollha taħt l-ilma filwaqt li parti mill-ajurport ta’ LaGuardia wkoll spiċċa magħluq.

Il-Gvernatur ta’ New York, Kathy Hochul qalet li fi New York hawn periklu kbir u l-maltempata li għaddiet minn fuq l-istat kienet waħda li setgħet qatlet in-nies.

“Qed niddikjara stat ta’ emerġenza madwar il-belt ta’ New York kollha u anke Long Island. Dan minħabba periklu kbir li hemm għan-nies,” kitbet Hochul.

Hi ħeġġet lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun jibqa’ d-dar u qatt m’għandu jipprova jivvjaġġaw mill-ilmijiet kbar li hemm fit-toroq.

S’issa l-ebda mwiet għadhom ma ġew iddikjarat, iżda l-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu fuq alert massimu biex f’każ ta’ bżonn joħoġru milll-ewwel jagħtu l-ewwel għajnuna.

Sport