Nemmen li pajjiżi oħra bħal Franza jew il-Ġermanja, huma f’vantaġġ aħjar minnha. Għandek konnessjoni bl-art, fil-ferrovija, popolazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni u spazju enormi. Allura jekk inti se tinvesti u tibni fabbrika jew tiftaħ negozju f’dak il-pajjiż, l-affarijiet huma bil-wisq iżjed sempliċi milli f’Malta fejn biex tiġi trid taqbad ajruplan u biex tibgħat xi ħaġa trid tonfoq ħafna f’cargo tal-ajruplan jew bil-baħar.
Matul is-snin, Malta m’aċċettax din is-sitwazzjoni taqtalha qalbha. Bħal pajjiż u bħala poplu magħqud ħdimna sabiex noffru ambjent kummerċjali li jattira l-investiment. Għax wasalna, flimkien, illum ingawdu standard of living ta’ livell tajjeb meta wieħed jikkompara pajjiżi viċin tagħna
Fis-snin sebgħin rajna l-fabbriki u t-turiżmu jikbru, b’ċertu saħħa, għaliex il-Gvern ta’ dak iż-żmien kellu viżjoni u offra inċentiivi varji biex tingħata l-art, jinbnew l-industrial estates u fil-każ tat-turiżmu ħadem biex ikollna iżjed rotot tal-ajru tal-pajjiż.
Illum il-ġid kbir li dawn l-industriji iħallu fl-ekonomija ta’ Malta huwa enormi. L-istess jista’ jingħad għal settui oħa ta’ dak iż-żmien, bħal marittimu u l-avjazzjoni. Aktar riċentament kellna s-settur finanzjarju, is-settur tal-corporates sevices u tal-gaming.
Anke hawnhekk il-Gvern f’dawn l-aħħar tletin sena ħadem ħafna biex jattira l-aqwa ismijiet fid-dinja jinvestu f’pajjiżna. Minn corporate tax kompetittiva sa taxxa tad-dħul li tinċentiva nies ta’ livell jiġu hawn, pajjiżna offra pakkett attraeni u ta’ kwalita u dan ġab ħafna impjiegi b’pagi għoljin. Dan kollu tajjeb u llum niċċelebrawh. Hekk hu xieraq.
Is-settur tal-films huwa settur li jaspira li jikber iktar u iktar fis-snin li ġejjin u jkun pedina importanti fl-ekonomija ta’ Malta u Għawdex. Pajjiżna diġa kiseb riżultati tajbin f’dawn l-aħħar snin u s-settur qed jikber b’rata għolja.
Bħala Kummissjoni tal-Films, nattiraw b’diversi modi l-investimen lejn pajjiżna, speċjalmenbil-cash rebate, fejn simili ta’ pajjiżi oħra, noffru skemi attraeni li jinċentiva l-investiment lejn Malta.
Studju. riċenti tal-Malta University Consulting Limited, enita’ li tgawdi. r-rispett ta’ kulħadd, ikkonkludiet li l-multiplierr effect tal-cash rebate huwa ta’ lietewro ma’ kull ewro li l-Gvern jinvesi.
Fl-analiżi ġew ikkalkulati. biss flus li ġew minfuqa u kkunsmati f’Malta, f’negozji jew pagi ta’ nies jgħixu hawn, u ġieet eskluża għal kollox mill-analiżi kull ip a’ flus minfuqa barra jew ta’ crew u atturi li jgħixu barra. Ridna verament naraw x’inhu l-iimpatt fl-ekonomija Maltija għax din kienet analiżi imporanti ferm.
Ir-riżultat aħħari tta’ dan huwa li mhux biss il-Gvern joħloq settur ġdid fl-ekonomija iżda talli joħloq ħafna impjiegi tta’ kwalita’. Meta s-settur at-turiżmu, tal-manifattua u tal-marittimu twieldu kien sar ħafna investimen, kemm fl-infrastuua u kemm fit-taħiġ u l-edukazzjoni.
Is-settur tal-films qiegħed f’dik il-frażi bieex jikber iżjed għandu bżonn jinvesti fl-infrastruttura li hemm bżonn, kif ukoll li jkollna livell għoli ta’ ħaddiema. Bdejna u se nkomplu ninvestu iżjed fl-edukazzjoni għax nafu li biex ikollna valur tajjeb, irridu noffru kwalita’ għolja.
Meta l-Gvern joffri nċentivi ta’ taxxa jew ta’ art biex fabbrika jew negozju tibda topera, kulħadd jara l-binja u x-xogħol isir. Fil-films, forsi din ma tiġrix għal film mhux fabbrika fissa, iżda intrapriża li tinvolvi mijiet tta’ ħaddiema li tmur minn post għal ieħor, minn sett għal ieħor.
Sett tal-films ma jistax ikun jibqa’ miftuħ għal. kulħadd il-ħin kollu u forsi nifhem fejn mhux kulħadd jista’ jara b’għajnejh ix-xogħol kbir li joħloq, mis-settur tal-loġistika u ospitalita’ sa’ mastrudaxxi, meta jiġi film f’pajjiżna.
Se nibqgħu naħdmu biex Malta tibqa’ tikkompeti u tiġbed lejha films. tta’ kwalitaa’ bil-għan li jinħoloq il-ġid u jikbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna. It-track rekord tagħna bħala pajjiż hija waħda. konsistenti u fl-aħħar tliet snin, kellna aktar minn 24 produzzjoni fis-sena. Track rekod b’saħħtu fejn il-ġid igawdi minnu kulħadd
Irridu dejjem iżjed xogħol lejn Malta iżda dan is-settur jkompli jikber irridu mhux biss inkomplu noffru pakkett b’saħħtu biss imma ninvestu iżjed fl-edukazzjoni sabiex iż-żagħżagħ Malin u Għawdxin jkunu jistgħu jieħdu huma l-opportunitajiet li dan is-settur kienu, għadu u se jibqa’ joffri għas-snin li ġejjin.