Wednesday, July 24, 2024

Raġel arrestat wara sparatura barra ċ-ċinema u ħanut f’Liverpool

Aqra wkoll

Il-Pulizija ta’ Merseyside arrestat raġel ta’ 49 sena  wara rapporti li ġew sparati tiri fi tliet postijiet differenti f’Liverpool, inkluż ċinema, u ħanut. L-arrest tar-raġel seħħ wara li ġie ddikjarat inċident kbir hekk kif uffiċjali armati bdew tfittxija għall-bniedem wara r-rapporti tal-isparatura.

L-Assistent Kap Kuntistabbli ta’ Merseyside, Jenn Wilson sejħet it-tliet sparaturi separati iżda f’ħin qrib xulxin bħala “estremament rari” u qalet li din kienet l-ewwel darba li seħħ inċident ta’ din in-natura fit-toroq ta’ Merseyside.

Il-Pulizija qalet li nhar l-Erbgħa għall-ħabta tat-8.50 filgħaxija irċevew rapporti ta’ sparturi b’arma tan-nar f’Showcase Cinemas f’East Lancashire Road fl-inħawi ta’ Croxteth. Dan seħħ ftit wara rapporti li ġew sparati tiri lejn kjosk ta’ bejjiegħ tal-gazzetti f’Lower House Lane, fejn raġel kien allegatament hedded u talab flus kontanti mingħand assistent tal-ħanut qabel spara pistola u telaq mill-post

Skont ir-rapporti, aktar tard wara, ir-raġel b’pistola f’idu daħal fil-kumpless taċ-ċinema u hedded żewġ membri tal-istaff fil-foyer qabel telaq.

Allegatament barra fit-triq huwa spara numru ta’ tiri fl-arja qabel ħarab f’karozza.

Ħadd ma ndarab f’din l-isparatura li qed tiġi kkunsidrata li ma hix marbuta mat-terroriżmu. 

Ekonomija

Sport