Pajjiżna qiegħed f’pożizzjoni tajba mil-lat ta’ tkabbir ekonomiku anke fejn jidħol id-dejn tal-Gvern meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija.
Pero irrid noqgħodu attenti sabiex in-nefqa tal-Gvern ma tikbirx wisq b’mod mgħaġġel ħalli jkollna ir-resiljenza meħtieġa għal dak kollhu li jista jinqala.
Wieħed ma jridx jinsa li id-dħul tal-Gvern qiegħed dejjem jippendi iżjed mid-dħul ta’ taxxi diretti speċјalment mid-dħul fuq taxxi li ġej minn kumpaniji barranin.
Fl-eqqel taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u fuels minħabba is-sitwazzjonijiet geopolitika, wieħed jistenna li kif iddikjara l-Gvern iżomm is-sussidji għaddejin.
Kulħadd jaqbel fuq dan. L-sifida li għandna quddiemna hija meta l-agħar taż-żieda f’dawn il-prezzijiet jgħaddi jekk hux se nibdew immorru għal soluzzjonijiet iktar sostennibli u ma’ nibqgħux niddependi mis-sussidji biss bħala l-unika soluzzjoni.
Hemm ukoll l-isfida tal-produttivita’. Biex tiżdied il-prodiuttivita’ hemm bżonn deċiżjonijiet f’tibdil fit-tassazjoni, inċentivi akbar u anke policies oħra fil-pajjiż sabiex ikun inċetivitat fejn ikbar li l-investimenti immur lejn investiment produttiv milli jmur f’investment f’assi spekullativi oħrajn.
