Saturday, May 4, 2024

Palestinjan iwettaq attakk b’arma tan-nar f’bar f’Tel Aviv… jinqatel mill-Pulizija Iżraelita

Aqra wkoll

Il-forzi tas-sigurtà ta’ Iżrael qatlu lil raġel Palestinjan li wettaq attakk b’arma tan-nar f’bar ġewwa Tel Aviv, fejn hemm qatel żewġ persuni u fera 12. 

Ir-raġel, li kien joqgħod f’Jenin ġewwa l-Xatt tal-Punent, irnexxielu jaħrab minn fuq il-post u wara ġie interċettat ġewwa Jaffa. Huwa nqatel waqt konfrontazzjoni b’armi tan-nar li kellu mal-uffiċjali tas-sigurtà.

L-aggressur ġie identifikat bħala Raad Hazem ta’ 29 sena, u dan instab erba’ kilometri bogħod minn fejn wettaq l-attakk. Dan kien l-aħħar każ minn serje ta’ attakki simili li seħħew ġewwa Iżrael f’aħħar ġimgħat, liema attakki  ħallew 13-il persuna mejtin. 

L-uffiċjali ta’ Iżrael qalu li b’kollox kien hemm xejn inqas minn 1,000 uffiċjal tal-pulizija involuti fit-tfittxija għal Hazem, liema tfittxija damet għaddejja kważi lejl sħiħ.

Sport