Hekk kif is-suq tat-trasferimenti tas-sajf spiċċa ftit tal-ġranet ilu, diversi timijiet qed iħarsu issa lejn Jannar fejn l-għan hu li jmorru għall-plejers li ma rnexxielhomx jakkwistaw fil-ġimgħat li għaddew.
Manchester United hu wieħed minn dawn il-klabbs hekk kif qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi ta’ Joao Palhinha ta’ Fulham. S’issa hu lagħab darbtejn magħhom u skorja gowl. Fl-istaġun li għadda hu kien skorja tliet gowls f’35 partita.
Palhinha għandu 28 sena u hu meqjus bħala midfielder ideali għall-iskemi tattiċi tal-kowċ Erik Ten Haag.