Friday, December 8, 2023

Paolo Maldini fl-amministrazzjoni ta’ Manchester United?

Aqra wkoll

Xnigħat persistenti qed jgħidu li Manchester United għandhom l-intenzjoni li jaħtru lil Paolo Maldini bħala d-direttur sportiv tal-klabb.

L-eks difensur ta’ AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan hu l-favorit tas-sid multi miljunarju Jim Ratcliffe li lest li jagħmel tibdila radikali fil-klabb u eventwalment isiru aktar kompetittivi.

Ratcliffe se jipprova wkoll idaħħal aktar nies kompetenti fi rwoli amministrattivi fejn imsemmijin hemm ukoll Andrea Berta ta’ Atletico Madrid u Lee Congerton ta’ Atalanta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport