Saħħet Papa Franġisku fl-aħħar jiem tinsab fuq fomm kulħadd hekk kif kellu jiddaħħal l-isptar. Kien hemm dubji serji dwar kemm Papa Franġisku seta’ jagħmilha minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu u anke l-età.
Iżda dalgħodu l-midja tal-Vatikan f’bulletti mediku li ħarġet qalet li “Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ u anke niżel mis-sodda biex ħa l-kolezzjoni.”
Intant ilbieraħ l-Erbgħa filgħaxija f’bulettin mediku li ħareġ il-Vatikan ġie rraportat li minn testijiet mediċi li sarulu rriżulta li kien hemm sinjali żgħar pożittivi.
Ilbieraħ ukoll marret ħdejn l-Isptar il-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni fejn għamlu 20 minuta jitkellmu fil-privat. Wara din iż-żjara qalet li Papa Franġisku għad għandu spirtu pożittiv ferm li ċċajta ħafna magħha kif jagħmel dejjem.