Tuesday, September 22, 2026
Home Internazzjonali Il-prezz tad-diesel jilħaq livell rekord fil-Belġju

Il-prezz tad-diesel jilħaq livell rekord fil-Belġju

0
71

Il-prezz tad-diesel fil-Belġju laħaq livelli rekord hekk kif minn għada il-prezz massimu tad-diesel se jitla’ għal €2.50 kull litru.

Persuni li tkellmu mal-midja tal-pajjiż qalu li kull żieda qiegħda tinħass ħafna fil-but tal-pubbliku. Qalu li hekk kif il-prezzijiet tal-enerġija komplew jogħlew, mhux l-istess ġara għal pagi hekk kif ma baqgħux jiżdiedu l-istess ritmu.

Il-midja Belġjana rraportat li miljuni ta’ persuni qegħdin jaraw kif jistgħu jsibu alternattiva biex jivvjaġġaw għax-xogħol minflok jużaw il-karozza privata tagħhom.

Jean-Benoît Schrans, kelliem għall-Federazzjoni tal-Enerġija qalu li din iż-żieda se tidħol fis-seħħ wara l-għeluq ta’ raffineriji fir-reġjun tal-Golf u fir-Russja, kif ukoll ma’ attakki bid-drones u atti ta’ sabotaġġ.

Schrans qal li pajjiżu jinsab f’pożizzjoni relattivament aktar protetta minn problemi fil-provvista, minħabba li r-raffineriji tiegħu jipproduċu kull sena aktar diesel milli jeħtieġ il-pajjiż għall-konsum domestiku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here