Friday, February 14, 2025

Papa Franġisku jiddaħħal l-Isptar minħabba bronchitis

Aqra wkoll

Papa Franġisku dalgħodu kellu jiddaħħal fi sptar Ruma minħabba bronchitis. Wara li spiċċa l-udjenzi li jkollu l-Ġimgħa, it-tobba qalu li jkun aħjar għal Papa li llum għandu 88 sena li jiddaħħal fl-Isptar Gemelli biex jingħata l-kura.

Fl-aħħar jiem hu deher ma jifħalx tant li ddelega uffiċjali tal-Vatikan biex jaqraw id-diskorsi tiegħu f’attivitajiet li kellu jattendi.

“Wara l-udjenzi ta’ dalgħodu, Papa Franġisku ddaħħal fl-Isptar Agostino Gemelli biex isiru testijiet u jieħu trattament għal bronchitis,” qalet stqarrija li nħarġet mill-Vatikan.

Nhar l-Erbgħa li għadda waqt l-udjenza ġenerali Papa Franġisku deher b’nifsu maqtuħ. “Se nitlob lis-saċerdot ikompli jaqra d-diskors tiegħu għax ma nistax. Għandi bronchitis… Nispera li d-darba li jmiss inkun kapaċi naqra d-diskors kollu jien,” qal il-Papa nhar l-Erbgħa li għaddiet waqt l-udjenza ġenerali.

Il-Vatikan talab lill-popli madwar id-dinja biex jitolbu għal Papa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport