Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Papu Gomez ma’ Juventus?

Papu Gomez ma’ Juventus?

0
295

Aħbarijiet li ħerġin minn Turin qed jgħidu li Juventus huma lesti li jakkwistaw is-servizzi ta’ Papu Gomez. Dan tal-aħħar kien qed jilgħab ma’ Seville sa ftit tal-ġimgħat ilu iżda ntemmlu l-kuntratt tiegħu mal-klabb minn Andalucia.

Juventus diġa’ qatgħu qalbhom fuq il-kwistjoni Paul Pogba li nstab pożittiv għad-doping u jistgħu jmorru għal dan il-plejer Arġentin li għandu esperjenza vasta fil-futbol Taljan wara li lagħab ma’ Atalanta u Catania fil-passat.