Saturday, May 18, 2024

Blackball: Dylan Cassar dominanti fuq Tony Drago

Aqra wkoll

Dylan Cassar rebaħ it-tmien ranking tournament organizzat mill-Malta Blackball Federation meta fil-finali għeleb lil Tony Drago bl-iskor ta’ 10-3.

Kif jindika l-iskor, Cassar iddomina għal kollox dan il-konfront u minkejja l-isforzi ta’ Drago kien diffiċli sabiex ilaħħaq mal-preċiżjoni tal-avversarju.

Cassar stabilixxa vantaġġ ta’ 8-1 u għalkemm Drago rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara, hu baqa’ konċentrat sal-aħħar.

F’aktar finali li kellna minn dan it-tmien tournament, Casdy Vella rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-23 sena meta għeleb lil Owen Cassar 9-4 filwaqt li fis-sezzjoni tas-seniors ‘il fuq minn 40 sena, Clint Grima ħareġ rebbieħ fuq Chris Galea 10-7.

Edmond Fenech rebaħ il-kategorija Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena wara riżultat pożittiv ta’ 10-4 kontra Dennis Zammit.

Finalment Alfred Micallef rebaħ il-Grandmasters 60+ wara li għeleb 8-2 lil Noel Felice.

Sport