Tuesday, April 23, 2024

Paris Saint-Germain iqisu lil Zinedine Zidane bħala sostitut possibbli għal Mauricio Pochettino

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain qed iqisu lill-ex manager ta’ Real Madrid Zinedine Zidane bħala sostitut possibbli għall-manager attwali Mauricio Pochettino.

Wara li l-Ħadd intemm il-perjodu ta’ Ole Gunnar Solskjaer fit-tmexxija ta’ Manchester United, l-Arġentin ġie marbut mal-post vakanti, u issa qed jingħad li ċ-champions Franċiżi qed ifittxu sostitut għalih.

Il-Pariġini tefgħu għajnejhom fuq l-ex midfielder ta’ Franza, li diġà rrifjuta approċċ minn Manchester United.

Pochettino issa qed jingħad li huwa favorit għall-impjieg vakanti, u huwa rappurtat sostna li huwa lest li jħalli lil-leaders tal-kampjonat Franċiż b’effett immedjat jekk il-club minn Old Trafford jagħmel approċċ.

Zidane ilu bla xogħol mit-tieni perjodu tiegħu bħala l-coach ta’ Real Madrid li ġie fi tmiemu fis-sajf, bil-Franċiż jirbaħ il-La Liga f’żewġ okkażjonijiet u tliet titli konsekuttivi taċ-Champions League bejn l-2016 u l-2018.

Sport