Paris Saint-Germain għamlu approċċ formali għad-difensur ta’ Chelsea, Antonio Rudiger.
Meta fadallu inqas minn sitt xhur fil-kuntratt tiegħu, il-player ta’ 28 sena huwa liberu li jkollu diskussjonijiet ma’ clubs barranin dwar bidla potenzjali fuq free transfer matul is-sajf.
Real Madrid jibqgħu l-favoriti biex jiffirmaw lill-internazzjonali Ġermaniż, li jinsab ħerqan li jmur jilgħab fil-Bernabeu.
Madankollu, PSG diġà ppreżentaw lir-rappreżentanti tiegħu b’offerta formali, salarju nett ta’ €7m.
Dik l-offerta mistennija tonqos sew mit-talbiet ta’ Rudiger fi żmien meta jingħad li rrifjuta offerti ogħla minn Chelsea.
Rudiger, li beda 27 partita fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, huwa rappurtat li m’għandu l-ebda għaġġla biex jiffinalizza l-pass li jmiss tal-karriera tiegħu.